Logħob bil-kompjuter Computer games
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal LOGĦOB BIL-KOMPJUTER għandu tlett partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal MONITOR biż-żewġ idejn fil-forma ta’ 1 u bil-pala tħares ’il barra. Il-werrejja jiltaqgħu quddiem il-wiċċ imbagħad jersqu orizzontalment lejn il-ġnub differenti, imbagħad jinżlu ’l isfel u mbagħad orizzontalment lura sakemm jiltaqgħu. Is-sinjal għal KEYBOARD isir fit-tieni parti. L-idejn jersqu ’l isfel quddiem is-sider u jimxu min-nofs għall-ġnub differenti ‘bil-pala tħares ’l isfel u bis-swaba addoċċ qisu qed jużaw il-keyboard. Fl-aħħar, is-sinjal għal LAGĦAB isir biż-żewġ idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jibdew imrikkba fin-nofs u jimxu lejn il-ġnub. Ġieli is-swaba’ jferfru ftit.
The sign for COMPUTER GAMES has three parts. First the sign for MONITOR is made with both hands. The hands take the shape of 1 with the palms facing outwards. The index fingers meet in front of the face and then move horizontally to opposite sides, downwards and then towards each other to form a square. Then the sign for KEYBOARD is made. The hands move down towards the chest and move from the centre to opposite sides with fingers haphazard as though using the keyboard. Then the sign for PLAY is made. The hands turn with fingers neatly apart and palms facing inwards and move slightly away from each other and back again twice or more.